Mystery Shopper Project: Enhanced performance in the Public Administration
Fl-ewwel t' Ottubru 2024, id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Koordinazzjoni u Implimentazzjoni, akkumpanjat minn delegazzjoni ta'ħames uffiċċjali mis-servizz pubbliku, attendea l-għeluq tal-proġett “Strengthening Foresight and Anticipatory Governance Practices in the Maltese Public Administration" ġewwa l-kwartieri ġenerali tal-OECD f'Pariġi. Hemmehekk ta preżentazzjoni dwar ix-xogħol li sar matul l-andament tal-proġett, ir-riżultati li ntlaħqu, u l-passi li jmiss jittieħdu sabiex id-dixxipplina ta' strategic foresight issir parti integrali mill-kapaċitajiet tas-servizz pubbliku.
L-Assistant Direttur tad-Diviżjoni mexxiet diskussjoni dwar l-ippjanar fit-tul f'demokrazija politika, fil-waqt li l-Maniġer Anzjar mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni maxxiet diskussjoni oħra dwar it-twaqqif ta' Unit iddedikat għall-iStrategic Foresight.
Il-konferenza kienet preseduta mill-kbarat tal-OECD. Rappreżentanti mill-isħab tal-proġett LIMINAL, l-Italja u l-Litwanja, kienu ukoll preżenti, flimkien mal-esperti mill-OECD li mexxew il-proġett, u esperti oħra internazzjonali. Rappreżentanti mid-Direttorat Ġenerali għar-Riforma tal-Kummissjoni Ewropea ferħu lil-partiċipanti tal-LIMINAL għar-riżultati miksuba waqt il-proġett.
Iż-żjara f'Pariġi kienet ikkordinata u sponsorjata mit-TAIEX, l-istrument tal-Kummissjoni Ewropea għall-Assistenza Teknika u Skambju tal-Informazzjoni.