Id-Direttorat tal-Kwalità tas-Servizz fi ħdan id-Diviżjoni tan-Nies u l-Istandards huwa responsabbli mill-assigurazzjoni tal-kwalità fis-Servizz Pubbliku billi jiżgura l-provvista ta’ servizz eċċellenti lill-pubbliku.
Permezz ta’ Rate the Public Service, qed tingħata l-opportunità li tħalli l-feedback tiegħek dwar is-servizzi li tkun irċevejt mis-Servizz Pubbliku.
Bil-feedback tiegħek, inkunu nistgħu nissorveljaw il-livell ta’ sodisfazzjon li jipprovdi kull dipartiment u nieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex intejbu s-servizzi tagħna.
Biex tissottometti l-feedback tiegħek, agħżel l-isem tad-dipartiment mil-lista pprovduta u agħti r-risposta tiegħek.
Biex taċċessa l-Politika ta’ Protezzjoni tad-Data ta’ Rate the Public Service, ikklikkja hawn.

