English Maltese
Public Service Logo divider Site Logo
  • Dwarna
    Missjoni Ix-xogħol tagħna Publikazzjonijiet Organigramma
  • Quality Label
    X’inhi l-Quality Label Awardees
  • Mystery Shopping
    ESF.04.0078 SERVQUAL
  • Charters
    Charters tal-Quality Label Charters ta' servizz ta' kwalità
  • Ikkuntattjana
  • image
    Rate The Public Service Inizjattivi Oħra
    Assessjar tal-Kwalità Survey Kiosks
  • Dwarna
    Missjoni Ix-xogħol tagħna Publikazzjonijiet Organigramma
  • Quality Label
    X’inhi l-Quality Label Awardees
  • Mystery Shopping
    ESF.04.0078 SERVQUAL
  • Charters
    Charters tal-Quality Label Charters ta' servizz ta' kwalità
  • Ikkuntattjana

  • Rate The Public Service
  • Inizjattivi Oħra
    Assessjar tal-Kwalità Survey Kiosks
News Banner
Back Mur Lura

Premjijiet tal-Quality Label 2026

Date11.08.2026
Time5 minuti

Premjijiet tal-Quality Label 2026

Bejn l-2019 u l-2025, 24 entità u dipartiment ġew rikonoxxuti u ppremjati bil-Quality Label talli wrew servizz eċċezzjonali u kisbu livelli għoljin ta’ sodisfazzjon tal-klijenti.  Din ir-rikonoxxenza stabbiliet punt ta’ riferiment għall-kwalità tas-servizz fl-Amministrazzjoni Pubblika, filwaqt li ħeġġet titjib kontinwu u l-adozzjoni tal-aħjar prattiki. Fl-2026, ħames entitajiet oħra ngħaqdu mad-detenturi preċedenti tal-Quality Label, u b’hekk it-total ta’ dawk li kisbu dan il-premju prestiġjuż tela’ għal 29 (ara hawn).

Il-premju tal-Quality Label, li huwa mogħti mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u mmexxi mid-Direttorat għall-Kwalità tas-Servizz, jirrikonoxxi entitajiet li jħarsu standards għoljin ta’ servizz permezz ta’ proċessi mtejba, innovazzjoni, prattiki ffukati fuq il-klijent, u kisbiet għoljin f’diversi valutazzjonijiet tal-kwalitá, bħall-istħarriġ u l-Mystery Shopping.

Fl-2026, id-dipartimenti u l-entitajiet li ġew rikonoxxuti bil-Quality Label għall-kooperazzjoni tagħhom fl-implimentazzjoni ta’ tibdiliet essenzjali fil-proċeduri u fl-amministrazzjoni, kif ukoll għas-servizz eżemplari tagħhom hum dawn li ġejjin:

  • Dipartiment tal-Eżamijiet – jimplimenta eżamijiet validi, affidabbli u siguri għal skopijiet ta’ ċertifikazzjoni, għażla u liċenzjar.
  • Uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku – jiżgura proċess effiċjenti ta’ ħatriet pubbliċi u jħaddem proċeduri dixxiplinarji ġusti u effiċjenti fis-servizz pubbliku.
  • EUPA – timplimenta u tmexxi l-Programm Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fuq livell nazzjonali.
  • Tim tal-Pulizija fil-Komunità Tiegħek– jipprovdi servizz professjonali u ta’ fiduċja biex jiżgura s-sigurta’ flimkien mal-komunita’.
  • Aġenzija Residency Malta – tmexxi għadd ta’ programmi ta’ residenza temporanja u permanenti għal ċittadini mhux tal-UE, inkluż il-Malta Permanent Residence Programme u n-Nomad Residence Permit.

Kull sena, wieħed minn dawk li diġà ingħataw il-Quality Label u li juri impenn sostnut lejn standards għoljin matul l-aħħar snin jiġi magħżul għall-Quality Award. Fl-2026, id-Dipartiment tal-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa (Entitlement Unit) ġie onorat b’dan il-premju.

Il-premjijiet tal-Quality Label, kif ukoll il-Quality Award, ġew ippreżentati mill-ET il-President ta’ Malta waqt iċ-Ċerimonja tal-Premjijiet tas-Servizz Pubbliku fl-20 ta’ Ġunju 2026.

Dawn iż-żewġ premjijiet mhux biss jiċċelebraw il-kisbiet tar-rebbieħa tagħhom, iżda jħeġġu wkoll entitajiet oħra fis-settur pubbliku biex jistinkaw għall-eċċellenza. Dawn ir-rikonoxxenzi jħeġġu aktar titjib u jgħinu biex tissaħħaħ kultura ta’ trasparenza, responsabbiltà u innovazzjoni, filwaqt billi jaqsmu l-aħjar prattiki tagħhom, id-dipartimenti u l-entitajiet rebbieħa jgħinu biex jitjiebu l-istandards tas-servizz madwar Malta.

Data tal-Pubblikazzjoni: 11 Awwissu 2026 | Awtur: QOS
Ixxerja dan l-artiklu
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Oħra

Latest News

Premjijiet tal-Quality Label 2026

Read More
Latest News

Mystery Shopper Project: Enhanced performance in the Public Administration

Read More
Aktar Aħbarijiet More
Government Logo
  • Dwarna
  • Quality Label
  • Mystery Shopping
  • Charters
  • Ikkuntattjana
Website Footer Icon
Footer Site Logo
  • Termini ta' Użu
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Cookie Policy
  • Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità
Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. MoreInformation