Ir-rakkomandazzjonijiet kollha li joħorġu minn dawn il-proċessi jiġu segwiti b’pjan ta’ azzjoni adegwat u monitoraġġ regolari.
Ladarba l-evalwazzjoni tal-kwalità tas-servizz tkun kompluta, ir-riżultati jiġu ppreżentati lill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti għall-approvazzjoni tiegħu. Dawk id-dipartimenti jew entitajiet li jiksbu marka ogħla minn 80% fl-evalwazzjoni tal-Kwalità huma eliġibbli li jiksbu il-Quality Label.
Dan il-premju mhux għan fih innifisu, iżda iġorr miegħu sfidi biex jinżammu l-istandards permezz ta’ diversi eżerċizzji ta’ assessjar tal-kwalità mwettqa mid-Direttorat għall-Kwalità tas-Servizz, kif ukoll permezz ta’ monitoraġġ intern mħaddan mid-dipartiment/entità. Hemm ukoll Politika ta’ Sospensjoni biex tiġi żgurata li l-entitajiet li jingħataw il-Label iżommu l-istandards tal-kwalità li għalihom ġew rikonoxxuti, kif ukoll jibqgħu impenjati li jżommuhom. Jekk id-dipartiment jew entità jonqsu milli josservaw it-termini stabbiliti, il-Quality Label tiġi sospiża.
Aktar informazzjoni dettaljata dwar il-Quality Label tista’ ssibha fil-Manwal.
Wara li d-dipartiment jew entità tikseb il-Quality Label, issir eliġibbli għall-premju prestiġjuż tal-Qualilty Award. Dan il-premju jingħata lil dawk id-dipartimenti jew entitajiet li żammew livelli għoljin ta’ kwalità tas-servizz tul is-snin, kif imkejla b’diversi għodod ta’ assessjar tal-kwalità, u li wrew impenn biex iżommu dawn l-istandards. Dawn huma l-entitajiet li ngħataw il-Quality Award:
- 2023 – Business 1st
- 2024 – Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm
- 2025 – Servizzi Ewropej f’Malta