Ħames Kriterji ta’ Servizz ta’ Kwalità
Open Accordion Item Close Accordion Item AFFIDABBILTÀ

Aħna impenjati li niżguraw li s-servizzi li nipprovdu huma konformi ma’dak imwiegħed. Aħna se nipprovdu informazzjoni preċiża u l-klijent jista’ jitlob li tkun bil-miktub. Is-servizzi tagħna huma konsistenti u kommessi għall-ħtiġiet tal-klijenti.

Open Accordion Item Close Accordion Item ASSIGURAZZJONI

L-istaff tagħna huwa infurmat u edukat. Aħna impenjati li nipprovdu servizz professjonali li l-klijenti jistgħu jafdaw.

Open Accordion Item Close Accordion Item REAZZJONI

Aħna nipprovdu s-servizzi tagħna fil-ħin u mingħajr dewmien bla bżonn. Aħna impenjati li nwieġbu għat-talbiet, problemi jew ilmenti tal-klijenti. 

Open Accordion Item Close Accordion Item EMPATIJA

Aħna impenjati li nipprovdu servizzi li huma mfassla għall-bżonnijiet tal-klijenti tagħna u offruti b’attenzjoni individwali. Aħna se nistinkaw biex nikkomunikaw b’lingwa li hija ħielsa minn lingwaġġ tekniku, u se niżguraw li s-servizzi tagħna jkunu aċċessibbli għal kulħadd.

Open Accordion Item Close Accordion Item TANĠIBBLI

L-uffiċċji tagħna joffru ambjent nadif u sigur fejn is-servizzi tagħna jistgħu jiġu mfittxija b’mod konvenjenti u sigur.