Mystery Shopper Project: Enhanced performance in the Public Administration
Premjijiet tal-Quality Label 2025
Mill-2019, il-Quality Label wriet u premjat dawk l-entitajiet u d-dipartimenti li wrew servizz eċċezzjonali u kisbu livelli għoljin ta’ sodisfazzjon tal-klijenti. Dan ir-rikonoxximent stabbilixxa standard ta’ referenza għall-kwalità tas-servizz fl-Amministrazzjoni Pubblika, u wassal għal titjib kontinwu u l-adozzjoni ta’ l-aqwa prattiki. Fl-2025, erba’ entitajiet oħra ingħaqdu mal-20 rebbieħ preċedenti tal-Quality Label, u kisbu din id-distinzjoni prestiġjuża (ara hawn).
Il-Quality Label, li tingħata uffiċjalment mill-Uffiċċju tal-Prinċipal Segretarju Permanenti, tirrikonoxxi d-dedikazzjoni u l-impenn tad-dipartimenti jew entitajiet fil-ksib u ż-żamma ta’ standards għoljin ta’ servizz. Id-Direttorat għal Kwalità tas-Servizz huwa fdat li jmexxi l-Proċess tal-Quality Label u jipprovdi appoġġ u gwida kemm lill-kandidati, kif ukoll lil dawk li diġà ingħataw il-Quality Label. Il-label tinkiseb permezz ta’ rinnovazzjoni tal-proċessi, innovazzjoni, u l-applikazzjoni effettiva tal-istandards tas-servizz lill-klijent. Il-kandidati għall-Quality Label jgħaddu minn diversi passi, inkluż Business Process Reengineering, stħarriġ tas-sodisfazzjon tal-impjegati, u evalwazzjoni komprensiva tas-servizzi tagħhom permezz ta’ għodod ta’ assessjar bħal Mystery Shopping u Customer Surveys, kif dettaljat fil-Manwal tal-Quality Label.
Fl-2025, dawn id-dipartimenti u entitajiet ġew rikonoxxuti bil-Quality Label għall-kooperazzjoni tagħhom fl-implimentazzjoni ta’ bidliet essenzjali fil-proċeduri u amministrazzjoni, u għal servizz eżemplari:
Kull sena, wieħed minn dawk li diġà ingħataw il-Quality Label u li dik is-sena juri l-aqwa servizz jirċievi wkoll il-premju prestiġjuż tal-Quality Award, li jirrikonoxxi impenn sostnut għal standards għoljin. Fl-2025, Servizzi Ewropej f’Malta ġie onorat b’dan il-premju. Iż-żewġ rikonoxximenti ġew preżentati mill-E.T. President ta’ Malta.
Kemm il-Quality Label, kif ukoll il-Quality Award mhux biss jiċċelebraw il-kisbiet tar-rebbieħa tagħhom, imma jimmotivaw ukoll entitajiet oħra fis-settur pubbliku biex jaspiraw għall-eċċellenza. Dan ir-rikonoxximent jaġixxi bħala katalist għal progress ieħor, u jrawwem kultura ta’ trasparenza, responsabbiltà u innovazzjoni. Permezz tat-tixrid ta’ l-aqwa prattiki, id-dipartimenti u l-entitajiet rebbieħa jgħinu biex jgħollu l-istandards tas-servizz madwar Malta.